Saturday, November 9, 2024

L-Awstralja ddaħħal liġi li biha min jagħmel is-salut Nażista ikun wettaq reat kriminali

Aqra wkoll

Il-Gvern Awstraljan qiegħed jipprojbixxi li xi ħadd jagħmel is-salut Nażista fil-pubbliku. Quddiem iż-żieda fl-anti semitiżmu fl-Awstralja, il-Gvern Awstraljan qiegħed jagħmilha ċara li m’hemm l-ebda post għal dawk li jfittxu li jigglorifikaw il-mibegħda

Kien f’Ġunju li għadda meta l-Gvern Awstraljan daħħal leġiżlazzjoni li tikkriminalizza lil min jesponi simboli ta’ mibegħda Nażista. Dik il-liġi bagħtet messaġġ ċar li m’hemm l-ebda post fl-Awstralja għal atti u simboli li jigglorifikaw l-orrur tal-Olokawst u atti terroristiċi.

L-emendi leġislattivi li għadhom kif iddaħħlu issa se jsaħħu l-leġiżlazzjoni Awstraljana billi jagħmlu s-salut tan-Nażista reat kriminali taħt il-liġi tal-Commonwealth.

Il-liġi tiżgura li mhux permess li xi ħadd jigglorifika jew japprofitta minn atti u simboli li jiċċelebraw in-Nażi u l-ideoloġija ħażina tagħhom.

Sport