Sunday, December 22, 2024

L-Awstralja f’riċessjoni għall-ewwel darba fi kważi 30 sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ekonomija Awstraljana tinsab fl-ewwel riċessjoni tagħha fi kważi 30 sena, minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi kkawżati mill-pandemija tal-Coronavirus. 

Fil-fatt il-prodott gross domestiku (GDP) naqas b’7% fit-tieni kwart tas-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Ekonomija hija kkunsidrata bħala f’riċessjoni meta jkun hemm żewġ kwarti konsekuttivi fejn it-tkabbir ikun negattiv.

L-Awstralja kienet l-unika ekonomija maġġuri li evitat riċessjoni matul il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 – l-aktar minħabba d-domanda miċ-Ċina għar-riżorsi naturali tagħha. 

Fil-bidu ta’ din is-sena, l-ekonomija Awstraljana kienet milquta minn tkabbir ekonomiku li qed jonqos minħabba temperaturi għoljin li wasslu għal nirien fil-foresti u l-istadji bikrija tat-tifqigħa tal-Coronavirus. 

Ekonomija

Sport