Monday, December 23, 2024

L-Awstralja spiċċat fil-mira ta’ attakk ċibernetiku sofistikat minn pajjiż

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tal-Awstralja, Scott Morrison ħabbar li pajjiżu spiċċa fil-mira ta’ attakk ċibernetiku sofistikat li sar minn pajjiż. Filwaqt li ma semmiex liema kien il-pajjiż responsabbli, Morrison qal li kien qed isemmi dan il-każ fil-pubbliku biex iqajjem kuxjenza. 

Il-mexxej Awstraljan qal li din l-attività qiegħda timmira lejn organizzazzjonijiet Awstraljani fuq firxa ta’ setturi, fosthom il-livelli kollha tal-Gvern, l-industrija, l-organizzazzjonijiet politiċi, dawk edukattivi, il-qasam tas-saħħa, il-fornituri ta’ servizzi essenzjali u operaturi ta’ infrastruttura kritika. Morrison qal li minkejja li t-theddida hi waħda kostanti, il-frekwenza tal-attakki żdiedet matul ix-xhur li għaddew. 

Min-naħa tiegħu, id-direttur eżekuttiv tal-Istitut Awstraljan tal-Istrateġija Politika, Peter Jennings qal li hu jinsab 95% ċert li l-attakk ġie mwettaq miċ-Ċina. 

Min-naħa l-oħra, hu qal li r-Russi setgħu għamluha, bħalma setgħu wkoll il-Koreani ta’ Fuq. Iżda, hu qal li dawn m’għandhomx interess fl-istat u fit-territorju tal-gvern jew l-universitajiet. 

Il-Prim Ministru Awstraljan ma riedx jikkummenta dwar l-ispekulazzjonijiet li dawn l-attakki minħabba r-relazzjoni ostili li għandu l-pajjiż maċ-Ċina. Fl-aħħar ġimgħat, iċ-Ċina ġiet imwaqqfa milli tesporta ċ-ċanga lejn l-Awstralja u twaqqaf ċerta kummerċ ieħor importanti. 

Ekonomija

Sport