Saturday, December 21, 2024

L-Awstralja tnaqqas ir-restrizzjonijiet fil-fruntieri wara 18-il xahar

Xeni kommoventi fl-ajruporti...

Aqra wkoll

Matul l-aħħar sigħat kien hemm xeni emozzjonanti ħafna fl-ajruporti madwar l-Awstralja hekk kif wara 18-il xahar dan il-pajjiż beda jnaqqas ir-restrizzjonijiet fil-fruntiera. Wara xhur ta’ restrizzjonijiet stretti ħafna minħabba l-pandemija tal-Covid-19, miljuni ta’ Awstraljani issa huma liberi li jivvjaġġaw mingħajr ma jkollhom iġibu permess speċjali jew li joqogħdu fi kwarantina hekk kif jaslu fil-pajjiż. 

Filwaqt li inizjalment dan l-ivvjaġġar huwa limitat għaċ-ċittadini Awstraljani u residenti permanenti u l-familjari immedjati tagħhom, dan qiegħed bil-mod il-mod iwassal għall-ftuħ għat-turisti internazzjonali u l-ħaddiema. 

L-ewwel vjaġġaturi kienu milqugħin mill-ħaddiema tal-linji tal-ajru u dawn tawhom pjanti indiġeni Awstraljani u anke ċikkulatini. Ġewwa Melbourne, l-ewwel ajruplan li wasal kien dak ta’ Singapore Airlines u dan intlaqa’ bl-ilma hekk kif għamel l-inżlu.

Ir-rilassament tal-miżuri fl-ivvjaġġar f’Victoria, New South Wales u l-Australian Capital Territory qed iseħħ hekk kif l-Awstralja bidlet il-politika tagħha minn żero każijiet ta’ Covid għal waħda li tippermetti vjaġġar u tikkumbatti t-tixrid tal-virus bit-tilqim.

Ekonomija

Sport