Tuesday, March 11, 2025

L-Awstralja wkoll taħt il-madmad tat-tariffi ta’ Trump

Aqra wkoll

Wara l-Kanada, il-Messiku u ċ-Ċina, jidher issa li l-Awstralja jmiss li tkun vittma tat-theddid bit-tariffi ta’ Donald Trump. Iċ-ċansijiet tal-Awstralja li taħrab mit-tariffi globali tal-Amerika fuq l-azzar u l-aluminju jidhru kollha estinti, bil-president tal-Istati Uniti jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għal reġim tariffarju komprensiv li skont hu se tkun l-akbar ħaġa li qatt għamlet l-Amerka bħala pajjiż.

Trump qal lill-ġurnalisti abbord l-Air Force One f’titjira minn Florida għal Washington DC li bit-tariffi l-Amerka se “daħħal lura mijiet ta biljuni ta’ dollari u se ssir tant sinjura li mhux se tkun taf fejn taqbad tonfoq dawk il-flus kollha”.

Il-kummenti ta’ Trump jaffermaw dawk tas-segretarju tal-kummerċ tiegħu, Howard Lutnick, u d-direttur tal-Kunsill Ekonomiku Nazzjonali tal-White House, Kevin Hassett, li t-tnejn qalu li t-tariffi se jkunu imposti mit-12 ta’ Marzu kif imwiegħed u li mhux se jkun hemm eżenzjonijiet x’jingħataw.

L-Awstralja ilha tagħmel lobbying b’mod intens biex ma tintlaqatx mir-reġimi tat-tariffi globali tal-Amerika fuq l-azzar u l-aluminju importati, u argumentat li l-Awstralja mhix biss hi alleata tal-Istati Uniti iżda waħda li għandha defiċit kummerċjali sinifikanti mal-Istati Uniti.

Filwaqt li Trump qal li se jagħti konsiderazzjoni kbira biex teżenta l-Awstralja mit-tariffi wara li hu u Albanese tkellmu bit-telefon ix-xahar li għadda, jidher improbabbli li se jkun hemm xi serħan għall-Awstralja mir-reġim tat-tariffi, kif kien hemm fl-ewwel mandat ta ‘Trump.

Dik l-eżenzjoni, fl-2018, kienet intrebħet mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Malcolm Turnbull, li l-intervent tiegħu dwar it-tariffi din id-darba jista’ jkollu l-effett oppost.

F’post tard fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali Truth Social nhar it-Tnejn Trump sejjaħ lil Turnbull bħala mexxej dgħajjef u ineffettiv li ma fehemx it-theddida maħluqa miċ-Ċna, u li kien ġie miċħud mill-poplu Awstraljan.

Dan il-kumment ta’ Trump, apparentement wasal bi tweġiba għall-kummenti li Turnbull għamel f’intervista ma’ Bloomberg fejn qal li l-kaos u l-kapriċċi tal-president tal-Istati Uniti se jkunu ta’ benefiċċju għaċ-Ċna u jiżvantaġġaw lill-Istati Uniti. Turnbull tenna l-kummenti tiegħu f’diversi intervisti oħra u argumenta li r-retorika li tagħti ġieħ lil Trump hija redikola.

Anke qabel l-intervent ta ‘Turbull, uffiċjali għolja tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti kienu offrew ftit tama li l-Awstralja setgħet tiġi meħlusa mit-tariffi li Trump uża bħala għodda fil-manipulazzjoni ta’ gvernijiet barranin, mit-traffikar tal-fentanil sas-sigurtà tal-fruntieri.

Il-ġimgħa l-oħra, il-konsulent kummerċjali ta Trump Peter Navarro akkuża lill-Awstralja li ddampjat aluminju sussidjat, taħt il-prezz fis-suq tal-Istati Uniti, u qabbel l-Awstralja mar-Russja u ċ-Ċna fl-isfruttament tal-Istati Uniti.

“L-era ta’ importazzjonijiet mhux ikkontrollati li jimminaw l-industrija Amerikana spiċċat. L-Istati Uniti mhux se tibqa’ post għall-iddampjar tal-aluminju sussidjat u nnegozjat b’mod inġust,” kiteb Navarro f’ USA Today.

Il-Prim Ministru tal-Awstralja, Anthony Albanese, qal lill-midja din il-ġimgħa li kien qed jimpenja ruħu ma ‘kumpaniji inklużi Rio Tinto u BlueScope biex ifittex riżultat pożittiv, u qal li l-gvern tiegħu kien impenja ruħu b’mod kostruttiv biex jikseb tnaqqis fit-tariffi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport