Thursday, October 17, 2024

L-Awstraljan Cameron McEvoy jirbaħ il-50m freestyle

Aqra wkoll

L-Awstraljan Cameron McEvoy rebaħ il-50m freestyle fir-raba’ Logħob Olimpiku tiegħu, hekk kif illidja sat-ħajt lil tliet għawwiema veterani.

McEvoy rebaħ fil-ħin ta’ 21.25 sekondi biex sar l-ewwel Awstraljan li għamel il-podju meta rebaħ l-iqsar tellieqa quddiem il-Britanniku, Ben Proud, li waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 21.30 biex fl-aħħar tela’ fuq il-podju Olimpiku fit-tielet tentattiv tiegħu.

Fit-tielet post kien Florent Manaudou li sar l-ewwel raġel li rebaħ erba’ midalji fil-50m freestyle, il-Franċiż mess il-ħajt f’21.56 mill-ewwel lane fejn kien mexxa lill-folla fil-Viking clap qabel it-tellieqa hekk kif l-atmosfera telgħet għad-deni.

B’McEvoy 30, Proud 29 u Manaudou, l-ixjeħ fil-finali ta’ 33, kien podju ta’ lonġevità, adattabilità u reżiljenza u mhux ftit storja.

Sport