L-Awstrija rrifjutat it-talbiet tal-Istati Uniti biex ajruplani militari jużaw it-territorju tagħha waqt li għaddejja il-gwerra fl-Iran. L-Awstrija qalet li ħadet din id-deċiżjoni f’konformità mal-politika tagħha ta’ newtralità.
Il-Kurunell Michael Bauer iddikjara li “kien hemm talbiet u ġew miċħuda mill-bidu nett”. Żied jgħid li kull darba li talba simili “tinvolvi pajjiż fi gwerra, tiġi miċħuda.” L-Awstrija ilha pajjiż newtrali mis-sena 1955
L-Iżvizzera, filwaqt li invokat ukoll in-newtralità tagħha, kienet ukoll qalet li kienet irrifjutat l-użu tal-ispazju tal-ajru tagħha.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ikkritika l-membri Ewropej tal-alleanza tad-difiża trans-Atlantika talli rrifjutaw il-permess lill-ajruplani militari tal-Istati Uniti biex jużaw l-ispazju tal-ajru tagħhom għal operazzjonijiet konnessi mal-gwerra.
L-Awstrija tirrifjuta t-talbiet tal-Istati Uniti biex ajruplani militari jgħaddufuq it-territorju tagħha….tenfasizza in-newtralità tagħha

