Friday, November 22, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tiċħad permess għall-bini ta’ blokka residenzjali qrib Villa Agius Catania

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat li ġġedded permess ta’ żvilupp għall-bini ta’ blokka residenzjali ta’ tmien appartamenti, u garaxxijiet taħt, fuq art vojta fi Triq Abdosir, f’Marsaxlokk, li tinsab ħdejn binja skedata ta’ Grad 2.

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar qalet li r-restrizzjonijiet tas-sit kienu nbidlu minn meta nħareġ il-permess tal-iżvilupp f’Lulju 2018. Fil-fatt, fl-2020, l-Awtorità kienet ħarġet linji gwida ċari li sejħu biex tingħata attenzjoni speċjali meta jiġu evalwati proposti ta’ żvilupp fil-viċin ta’ bini skedat.

Dawn il-linji gwida issa saru mandatorji għat-tiġdid ta’ dan il-permess għall-iżvilupp peress li s-sit jinsab biss 10 metri ‘l bogħod minn Villa Agius Catania li hija skedata bħala Grad 2.

L-Awtorità temmen li l-ambjent madwar bini protett huwa parti essenzjali mill-bini u l-mod kif jiġi esperjenzat. Hija ż-żona li fiha l-bini huwa pperċepit u għalhekk huwa parti essenzjali mill-valur tal-bini.

Mibnija bħala proprjetà residenzjali Neoklassika, l-Awtorità kienet skedat lil Villa Agius Catania bħala bini ta’ Grad 2 lura fl-1994.

Sport