Thursday, January 23, 2025

L-Awtorità tal-Ippjanar tiffinanzja proġett ta’ tħaddir urban fin-Naxxar b’€240,000

Aqra wkoll

Spazju miftuħ, qrib il-Knisja tal-Ħniena Divina fin-Naxxar, se jinbidel f’żona ħadra
rikreattiva wara li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qablet li tiffinanzja ’l fuq minn €240,000 biex dan il-proġett iseħħ.

Dan il-proġett ta’ tħaddir urban fin-Naxxar, iffinanzjat permezz tal-Fond għall-Ippjanar talIżvilupp (DPF) fi ħdan l-Awtorità tal- Ippjanar, jirrappreżenta investiment sostanzjali fittitjib tal-ispazji pubbliċi u fil-kwalità tal-ħajja tal-komunità.

Il-proġett għandu l-għan li jipprovdi spazju pubbliku ta’ kwalità għolja li jissodisfa lbżonnijiet tal-familji, it-tfal, u l-komunità. Il-playing field modern u aċċessibbli li se jkun integrat fiż-żona eżistenti tal-pajsaġġ se jinkludi tagħmir ġdid tal-logħob iddisinjat għal tfal ta’ kull età, tined biex jinħoloq dell u żoni komdi u protetti mix-xemx, art li tiżgura ambjent sigur għat-tfal, u bankijiet għal rilassament u interazzjoni soċjali.

Se jiġu installati wkoll kaxxi tal-iskart tar-riċiklaġġ biex jippromwovu rimi tal-iskart kif suppost, ċnut u xtiebi biex itejbu s-sigurtà, u d-dawl u CCTV għal sikurezza u użu mtejjeb matul il-ħinijiet ta’ filgħaxija.

Il-Perit Sandra Magro, Chairperson tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF), enfasizza l-impenn tal-Fond li jipprovdi finanzjament għal proġetti li jsaħħu l-vitalità tal-komunit permezz tal-ħolqien ta’ spazji miftuħin u interattivi.

Żiedet tgħid li permezz tal-Fond għallIppjanar tal-Iżvilupp, l-Awtorità tal-Ippjanar se tkompli tappoġġja lill-kunsilli lokali u lillkomunitajiet fil-bini ta’ spazji vibranti, sostenibbli u inklussivi għal kulħadd.

Il-proġett se jitwettaq mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar b’kollaborazzjoni mar-Reġjun tatTramuntana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport