Saturday, May 4, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tirrevoka permess għal razzett tan-nagħaġ fil-Baħrija

Aqra wkoll

Dalgħodu, il-Bord tal-Ippjanar irrevoka permess ta’ żvilupp ta’ razzett tan-nagħaġ li ġie mibni fl-2020 f’żona ta’ Importanza Ekoloġika (AEI) fil-lokalità ta’ Baħrija.

Dan intqal fi stqarrija li nħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar fejn spejgat li l-Bord sosstna li meta l-applikazzjoni għall-iżvilupp kienet qed tigi evalwata, ma kienux ġew diskussi l-proviżjonijiet tal-Pjan Lokali Policy NWCO 6, li hija applikabbli f’żona ta’ Importanza Ekoloġika (AEI) u żoni ta’ Importanza Xjentifiċi (SSIs).

“Bħala riżultat, ma sar l-ebda assessjar biex jittieħed deċiżjonij dwar jekk hux meħtieġ li jsir stħarrig dwar l-impatt ambjentali (EIA). Il-Bord qabel b’vot unanimu u revoka il-permess ta’ żvilupp fuq dan is-sit. Il-Bord iddeċieda li din l-istess applikazzjoni għall-iżvilupp PA/07946/18 se terġa’ tiġi ppubblikata u se terġa’ tgħaddi mill-proċess sħiħ mill-ġdid inklużi l-konsultazzjonijiet, l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni,” itemm tgħid l-istqarrija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport