Monday, December 9, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tiskeda batterji tal-ERA Brittanika biex tippreserva l-arkitettura ta’ Malta

Aqra wkoll

Fi sforz kontinwu biex tiġi ppreservata l-arkitettura militari storika ta’ Malta, l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħabbret li disa’ batteriji ta’ żmien l-Ingliżi madwar il-kosta ta’ Malta ġew skedati bħala bini ta’ Grad 1, bi tnejn oħra kklassifikati bħala Grad 2.

Dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-infrastruttura militari u difensiva, u jirrikonoxxu l-valur arkitettoniku u storiku ta’ dawn il-batteriji, li jirriflettu lpolitika (fir-reġjun u barra minnu) u l-klima militari taħt il-Ħakma tal-Ingliżi mill-1860 ’il quddiem.

Is-siti fi Grad 1 jinkludu l-Batterija Delle Grazie fix-Xgħajra, il-Batterija ta’ San Pietru filKalkara, il-Batterija ta’ Wolseley u l-Batterija ta’ San Pawl f’Marsaxlokk, il-Batterija High Angle tal-Għargħur, il-Batterija Anti-Aircraft ta’ Misraħ Strejnu fiż-Żejtun, il-Batterija Quick-firing ta’ San Giovanni fis-Swieqi, il-Batterija tal-Wardija f’San Pawl il-Baħar, u lBatterija taż-Żonqor f’Marsaskala.

Il-Batterija ta’ Cambridge u l-Batterija Garden f’Tas-Sliema ġew ikklassifikati bħala siti fi Grad 2. Dawn l-istrutturi difensivi oriġinarjament inbnew mill-Imperu Britanniku biex jipproteġu żżoni kostali ta’ Malta, speċjalment wara l-Gwerra tal-Krimea (1853-56) u l-ftuħ tal-Kanal tas-Suez fl-1869, li wassal għal żieda fit-traffiku navali f’Malta u żieda fl-interessi Britanniċi, fis-sigurtà ta’ dawn ir-rotot kummerċjali minn Malta.

Barra minn hekk, lavvanzi teknoloġiċi militari, b’mod partikolari fi Franza u l-Italja, enfasizzaw il-ħtieġa għal difiżi kostali rinfurzati biex jipproteġu l-portijiet strateġikament sinifikanti ta’ Malta.

“Id-denominazzjoni ta’ dawn is-siti tenfasizza r-rwol uniku li kellha Malta fi ħdan l-Imperu Britanniku u fil-ġeopolitika tal-Mediterran,” spjegat Daniela Formosa fi ħdan il-Heritage Planning Unit tal-Awtorità. “Il-preservazzjoni ta’ dawn is-siti tonora l-istorja militari talgżira filwaqt li tiżgura li dawn l-istrutturi jkunu jistgħu jiġu apprezzati għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.”

Il-fortifikazzjonijiet Britanniċi ta’ Malta kienu riżultat dirett ta’ dawn it-tensjonijiet militari Ewropej akbar fil-kuntest usa’ tal-Mediterran lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, speċjalment hekk kif in-nazzjonijiet avvanzaw għal bastimenti tal-gwerra miksijin bil-ħadid teknoloġiji oħra li qabżu d-difiżi Ospitaliera preċedenti.

Bil-bini tal-vapuri tal-gwerra Duilio u Dandalo mill-Italja fis-snin 1870, kull wieħed armat b’kanuni ta’ 100 tunnellata, fortifikazzjonijiet Britanniċi f’Malta ġew imtejba fil-pront b’artillerija simili, deċiżjoni li saħħet il-kapaċitajiet difensivi ta’ Malta. Biex tara l-lista sħiħa ta’ proprjetajiet skedati, żur ir-Reġistru tal-Iskedar tal-Awtorità talIppjanar fuq www.pa.org.mt

Ekonomija

Sport