Sunday, November 24, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tissiġilla sit kbir f’Marsaskala

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, l-Awtorità tal-Ippjanar imblukkat l-aċċess ta’ sit kbir f’Marsaskala biex tipprevjeni aktar depożitu illegali ta’ materjal fuq art agrikola. L-għalqa li tinsab barra miż-żona ta’ żvilupp (ODZ) u li tinsab f’żona magħrufa bħala l-Bidni, tkopri medda ta’ art ta’ madwar 8,000m², u dan l-aħħar ġiet soġġetta għal rimi illegali u livellar tal-istess materjal. 

F’Awwissu, l-Awtorità identifikat il-persuna responsabbli għall-azzjonijiet illegali u ħarġet Avviż ta’ Infurzar li jirrikjedi t-tneħħija tar-rimi illegali u r-restawr tal-art agrikola għall-istat oriġinali tagħha. L-avviż iġorr l-ogħla penali ta’ kuljum. 

Mandanakollu, il-persuna li wettqet l-illegalità injorat l-istruzzjonijiet tal-avviż ta’ infurzar u minflok iddepożitat materjal addizzjonali fuq il-post. Għaldaqstant, bħala l-ewwel pass, l-Awtorità ssiġillat is-sit biex ma tħallix aktar abbuż. Fil-jiem li ġejjin, l-Awtorità se tkun qed tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fuq il-post, u sakemm il-persuna responsabbli ma twettaqx azzjoni ta’ rimedju biex ineħħi r-rimi illegali, l-Awtorità, se tipproċedi biex tneħħi l-materjal u terġa’ tirranġa l-art, bi spejjeż kollha għall-persuna li kisret il-liġi. 

Sport