Saturday, November 23, 2024

L-awtoritajiet Russi qalu li l-ħruġ taż-żejt ġie kkontrollat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Russi qalu li grazzi għall-intervent immedjat li sar, irnexxielu jiġi kkontrollat it-tixrid ta’ diżil xmara ġewwa l-Artiku.

Kelliema għat-taskfors inkarigata mit-tindif ta’ dan id- diżil qalet li t-tixrid twaqqaf u b’hekk jinsab ikkontrollat kif suppost. Ambjentalisti li tkellmu ma’ midja internazzjonali qalu li l-ħruġ ta’ żejt, li seħħ nhar il-Ġimgħa li għaddiet, kien l-agħar diżastru li seħħ r-reġjun tal-Artiku. L-inċident seħħ hekk kif żona fejn kien jinħażen id- diżil għal power station f’Norilsk, t-Tramuntana tas-Sibe- rja, ikkollassat.

Dan wassal biex 15,000 tunellata ta’ fjuwil spiċċa x-xwara u 6,000 tunellata oħra l-ħamrija. Fid-dawl ta’ dan l-inċident, il-President Russu Vladimir Putin kien iddikjara stat ta’ emerġenza u bdiet ħid- ma intensiva.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/06/putin-jiddikjara-stat-ta-emergenza-wara-tixrid-ta-20000-tunellata-ta-dijzil-fic-cirku-artiku/

Sport