L-Awtoritajiet Sawdi kienu informaw lil dawk Ġermaniżi li kien hemm Taleb al-Abdulmohsen li kien qiegħed jippjana attakk terrorisitku fil-pajjiż
Skont dak li qiegħed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali l-Awtoritajiet Sawdi kienu bagħtu erba’ messaġġi, 3 lill-Aġenziji tas-Servizz Sigriet Ġermaniż u wieħed saħansitra lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin f’Berlin fejn qalulhom li al-Abdulmohsen kellu twemmin estremist u li anke kien qiegħed jippjana attakk terrorisitku għal żmien il-Milied.
Minkejja li s’issa ma kien hemm l-ebda konferma jew ċaħda mill-Gvern Ġermaniż, jidher li dawn it-twissijiet ġew injorati kompletament.
Al-Abdulmohsen kien ingħata kenn ta refuġjat fil-Ġermanja fl-2016 meta taħt it-tmexxija tal-Kanċellier Angela Merkel kienet fetħet il-fruntieri fejn ħalliet aktar minn miljun immigrant jidħlu fil-pajjiż. Il-persuna li wettaq l-attakk terroristiku kellu saħansitra residenza fil-Ġermanja.