Saturday, November 23, 2024

L-awtoritajiet se jkunu qed isaħħu l-preparamenti għat-tilqima tal-influwenza

Aqra wkoll

Waqt il-mistoqsijet tal-ġurnalisti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika spjegat li fix-xhur li ġejjin irridu nkunu preparati għall-influwenza kif ukoll għall-Covid-19.

Qalet li l-pjan ta’ strateġija tal-awtoritajiet huwa li jkomplu jiżdiedu s-sodod biex ikunu jistgħu jiġu akkomodati dawk il-persuni li jiġu bżonn dawn is-sodod, b’mod speċjali dawk l-aktar vulnerabbli.

Il-Professur Gauci qalet li l-vaċċin tal-influwenza jista’ jgħin ħafna biex jonqos it-tixrid tal-influwenza u għalhekk l-awtoritajiet se jkunu qed isaħħu l-preparamenti biex ikollna kampanja tajba ħafna b’aċċessibilità ta’ tilqim biex aktar persuni jkunu jistgħu jiġu protetti.

Gauci spjegat li n-nies tgħallmet ħafna mill-pandemija u għalhekk b’miżuri ta’ prevenzjoni se nkunu preparati għal dak li hemm bżonn. Qalet li minn din il-pandemija l-poplu tgħallem kif jipprevjeni billi jaħsel idejh ta’ spiss, juża etikket meta jagħtas u jżomm distanza meta jħoss xi sintomi, fost affarijiet oħra.

Rigward il-Vitamina D u l-possibilità li din tista’ tgħin kontra dan il-virus, Gauci spjegat li hemm testijiet għaddejjin u li se jkunu jistgħu jitfgħu dawl fuq dan il-fatt. 

Sport