Friday, December 27, 2024

L-awtoritajiet tal-edukazzjoni ma jeskludux eżamijiet online

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici iddikjara fil-Parlament li l-awtoritajiet edukattivi qed jippreparaw għal kull eventwalita fl-isfond tal-Covid19 inkluż għall-possibilita ta’ eżamijiet online.

Huwa kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li staqsa dwar eżamijiet tal-A Levels li se jsiru f’Ottubru meta s-sena akkademika fl-Universita ta’ Malta tkun diġa bdiet.

Bonnici spjega kif minħabba din l-imxija t-‘timetables’ kellhom jiġu ikkumpressati f’perjodu qasir u dan wassal biex ċertu ‘practicals’ mhux se jsiru.

Huwa irrimarka li f’99% tal-każijiet l-istudenti se jitħallew jibdew il-kors anke jekk ikun għadu ma ħariġx ir-riżultat meħtieġ u min jgħaddi se jkomplih waqt li min le se jingħata opportunita oħra.

Bonnici kien mistoqsi wkoll dwar l-għajnuna lit-tfal vulnerabbli fejn semma kif dawk li kienu qed jingħataw l-ikel għax kienu jmorru l-iskola mingħajru dan baqa’ jintbagħtilhom id-dar bla ħlas.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fakkar kif dawn qed jingħataw ukoll tablet u internet b’xejn għal sena sħiħa waqt li semma kif anke studenti fi skejjel tal-Knisja qed jiġu mgħejjuna.

Fl-istess waqt huwa irrimarka li l-Gvern m’għandux tablets għal kulħadd u appella lil dawk li jridu jipprovdu tablets, anke jekk b’self, biex jagħmlu dan għax hemm każijiet ta’ familji li mhux fil-bżonn imma peress li għandhom diversi tfal ma għandhomx iktar minn kompjuter wieħed.

Ekonomija

Sport