Elon Musk laqa’ t-tlettax-il wild tiegħu ħames xhur ilu, skont l-awtur Ashley St. Clair. St. Clair ħabbret dan permezz tal-pjattaforma X nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Frar, fejn qalet li hi u Musk, ta’ 53 sena, għandhom tifel flimkien.
“Ħames xhur ilu, lqajt tarbija ġdida fid-dinja. Elon Musk huwa l-missier. Ma żvelajtx dan qabel biex nipproteġi l-privatezza u s-sigurtà tat-tfal tagħna, iżda fl-aħħar jiem deher ċar li l-midja tabloid għandha l-intenzjoni li tagħmel dan, irrispettivament mill-ħsara li se tikkawża”, qalet Ashley.
Spjegat li għandha l-intenzjoni li tħalli lil uliedha jikbru f’ambjent normali u sigur. Għal dik ir-raġuni, talbet lill-midja sabiex tagħti l-privatezza lit-tfal tagħha