Mill-bidu ta’Jannar 2026, l-azzjonijiet tal-aġenzija ta’ Immigration and Customs Enforcement (ICE) tal-Istati Uniti saru punt ta’ tensjoni globali fid-dibattiti dwar l-istat tad-demokrazija Amerikana.
Din l-attenzjoni mġedda ġiet wara inċident kontroversjali li jinvolvi lil Renee Nicole Good, mara Amerikana u ċittadina tal-Istati Uniti, li nqatlet b’tiri minn aġent tal-ICE. Il-każ ħasad komunitajiet kemm fl-Istati Uniti kif ukoll barra minnha.
Nhar l-Erbgħa li għadda, ġewwa Minneapolis kienet ixxukjata bil-qtil ta’ Good, li kienet għadha kif irritornat id-dar wara li wasslet lil binha ta’ sitt snin l-iskola. Filmati juru lil Good bilqiegħda fil-vettura tagħha, ipparkjata parallel mat-triq, bdiet tagħmel sinjali kalmi lill-vetturi li kienu qed joqorbu biex jgħaddu. Jidhru wkoll diversi vetturi tal-ICE jieqfu quddiem is-SUV tagħha.
Skont il-filmati, Good kompliet tagħmel sinjali lill-aġenti biex jgħaddu. Minflok, diversi aġenti tal-ICE ħarġu mill-vetturi tagħhom u resqu lejn il-karozza tagħha. Filmati mit-telefon tal-aġent li aktar tard spara lil Good juri lil il-vitma dheret kalma u mhux konfrontazzjonali, u f’mument tinstema’ titkellem mal-aġent billi tgħid: “Tajjeb, ħabib. M’iniex irrabjata miegħek.”
Vidjows ta’ xhieda jindikaw li Good ippruvat tirranġa l-pożizzjoni tal-vettura tagħha f’direzzjoni li ma tpoġġix lill-aġenti fil-periklu. Hekk kif bdiet tirtira bil-karozza tagħha biex titlaq minn fuq il-post, l-aġent Jonathan Ross ħareġ l-arma tiegħu u spara tliet darbiet mill-qrib, li laqtu lil Good f’wiċċha. Hija ġiet iddikjarata mejta wara li l-vettura tagħha ħabtet.
L-awtoritajiet inizjalment sostnew li Good ippruvat tweġġa lill-aġent Ross bil-karozza tagħha. Madankollu, filmati rrekordjati minn persuni preżenti fdak il-ħin juru li jikkontradixxu dan ir-rakkont, u ma jurux evidenza ċara li l-aġent kien f’periklu immedjat fil-mument.
Dan il-qtil intensifika l-kritika lejn il-prattiki tal-aġenzija ta’ ICE. Raporti jindikaw li żewġ persuni nqatlu b’mod żbaljat minn aġenti tal-ICE sa issa fl-2026, dawn huma Renee Nicole Good u Kieth Porter (li nqatel minn aġent li ma kienx ijad waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu fil-mument tal-qtil ta’ Porter), filwaqt li 23 -il mewt kienu marbuta ma’ operazzjonijiet tal-ICE fl-2025.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, il-mewt ta’ Renee Nicole Good saret simbolu f’dibattitu dwar ir-responsabbiltà tal-infurzar tal-liġi, il-libertajiet ċivili, u jekk l-Istati Uniti humiex tassew qed jgħixu skont l-ideali demokratiċi tagħhom.



