Monday, March 24, 2025

Il-BCA u l-OHSA jinvestigaw l-inċident fil-Qawra

Aqra wkoll

B’referenza għall-inċident fi Triq l-imrejkba fil-Qawra l-BCA u l-OHSA b’mod konġunt qed jinvestigaw l-akkadut fuq din il-binja mibnija fis-snin 80 u fuq żvilupp li qed isir fil-vicinanzi, bl-ispetturi jikkonstataw mill-ewwel li ma kien hemm l-ebda persuna imwegga’.

Dan iddikjarathu l-OHSA permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li sadanitant, b’mod preliminari intalbet dikjarazzjoni mill-perit responsabbli mix-xogħol ta’ kostruzzjoni biex jikkonferma li ma hemm l-ebda periklu għal kull terz fil-madwar.

Intqal ukoll; “Intant l-awtoritajiet ħarġu stop works notice sakemm isir l-indaġni neċessarja u jkunu aċċertati bil-konformità mal-liġi”.

L-OHSA tenniet li l-awtoritajiet itennu wkoll l-appell biex kull min iħoss il-ħtieġa li jikkuntattja l-awtoritajiet għandu jagħmel dan permezz tal-helpline 138.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport