Wara li l-kumpanija MAPFRE MSV Life ħabbret iktar kmieni li nidiet il-prodott ta’ investiment, Guaranteed Capital & Income Plan 2027, il-Bank of Valletta jħabbar li qed joffri dan il-prodott lill-klijenti mill-Fergħat u ċ-Ċentri tal-Investiment kollha, u mill-Private Banking.
Dan il-prodott isegwi fuq is-suċċess li kisbu ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti tal-Guaranteed Capital & Income Plan li ġew imnedija iktar kmieni din is-sena.
Meta kien qed jitkellem dwar din l-offerta, is-Sur Simon Azzopardi Chief Officer tal-Personal Banking u l-Wealth Management tal-BOV, esprima ruħu kunfidenti li din l-opportunità ta’ investiment se tkun ta’ suċċess għall-investituri lokali. “Iktar kmieni din is-sena il-Bank diġà offra prodotti simili wara li kienu mnedija mill-kumpanija MAPFRE MSV Life.
Kellna rispons qawwi minn dawk l-investituri li qegħdin ifittxu rata ta’ imgħax kompetittiva meta mqabbla ma’ kontijiet oħrajn ta’ depożitu u li joffri serħan tal-moħħ li l-kapital investit huwa garantit ladarba l-investiment jinżamm sad-data ta’ meta jagħlaq. Permezz tal-kuntatt kontinwu mal-klijenti tagħna, qed inkomplu noffrulhom opportunitajiet ta’ investiment attraenti li qed ikunu popolari u mfittxija ħafna. Inħeġġu lill-klijenti sabiex iżuru waħda mill-fergħat tagħna, jew wieħed miċ-Ċentri tal-Investiment sabiex inkunu nistgħu ngħinuhom jimmaniġġjaw flushom b’mod iżed effettiv.”
Il-MAPFRE MSV Life Guaranteed Capital & Income Plan 2027 huwa prodott ta’ investiment b’kontribuzzjoni ta’ darba, b’investiment minimu ta’ €5,000. Il-kapital huwa nvestit fil-BOV Capital Guaranteed Fund 2027 immaniġġjat mill-BOV Asset Management Limited u ddisinnjat biex iqassam tliet pagamenti garantiti ekwivalenti għal redditu medju annwali ta’ 3% fuq il-kontribuzzjoni inizjali ladarba l-investiment jinżamm sad-data tal-għeluq. Il-ħlasijiet isiru fis-16 ta’ Diċembru 2024, fil-15 ta’ Diċembru 2025 u fil-15 ta’ Ġunju 2027.
L-applikazzjoni għall-prodott fetħu fl-20 ta’ Novembru u jgħalqu fit-2 ta’ Diċembru jew qabel jekk l-offerta tittieħed kollha. Iktar informazzjoni u termini u kundizzjonijiet jinsabu fuq is-sit: https://www.bov.com/News/guaranteed-capital–income-plan-2027
Din hija offerta limitata li tista’ tagħlaq qabel iż-żmien f’każ li tittieħed kollha. Il-valur tal-investiment jista’ jitla’ kif ukoll jinżel f’każ biss li jinġibed qabel id-data tal-għeluq. Jekk jinżamm sad-data tal-maturità, il-Kapital kif ukoll id-Dħul huma garantiti minn Bank of Valletta p.l.c., kumpanija awtorizzata u regolata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) f’termini ta’ kuntratt maqbul bejn il-Bank of Valletta p.l.c. u MAPFRE MSV Life p.l.c. Din il-garanzija hija suġġetta għal kundizzjonijiet kif imniżżla fid-dokumentazzjoni tal-prodott.
Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija Intermedjarju Marbut tal-Assigurazzjoni taħt l-Att dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni, Kap 487 tal-Liġijiet ta’ Malta għal MAPFRE MSV Life p.l.c. (MMSV). MMSV hija awtorizzata taħt l-Att dwar in-Negozju tal-Assigurazzjoni, Kap 403 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-BOV Asset Management hija awtorizzata biex tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar tal-investiment f’Malta. L-entitajiet kollha huma regolati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Il-prodott huwa manifatturat minn MAPFRE MSV Life p.l.c. u distribwit mill-Bank of Valletta p.l.c. Il-Fond sottostanti huwa offrut mill-BOV Asset Management.