Saturday, December 21, 2024

“L-ebda ħaddiem m’għandu ispiċċa ferut fuq il-post tax-xogħol minħabba negliġenza ta’ ħaddieħor”- Il-Maġistrat Kevan Azzopardi

Aqra wkoll

“Dan l-inċident seta’ wassal għal traġedja kbira fejn seta’ anke ħasad il-ħajja tan-nies. L-ebda ħaddiem m’għandu jispiċċa ferut fuq il-post tax-xogħol minħabba negliġenza ta’ ħaddieħor. Li kieku ma kinitx għar-ras iebsa ta’ Bonavia dan l-inċident seta’ ġie evitat”

Dan iddikjarah l-Maġistrat Kevan Azzopardi fil-Qorti, hekk kif kien qed jipprosedi każ fil-konfront ta’ kuntrattur ta’ 62 sena li kien mixli li weġġa’ ħaddiem wara li sfronda s-saqaf ta’ post f’Tas-Sliema.

Fil-Qorti, ġiet spjegat li l-każ imur lura għal Novembru tal-2015 f’dar li kienet ta’ koppja anzjana fi Triq il-Kunurell Savona f’Tas-Sliema u li fil-ħin tal-inċident kien hemm 3 ħaddiema li kienu qed iqattgħu s-saqaf.

Ingħad ukoll li meta sfronda s-saqaf, allegatament żewġ ħaddiema waqgħu għoli ta’ madwar sular, tant li wieħed minnhom spiċċa bi ġrieħi gravi. FIl-Qorti kien hemm diversi xhieda preżenti.

Fost dawn, xehdu pulizija, tobba, periti u rappreżentanti tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA). Fil-Qorti, il-Maġistrat Azzopardi rrimarka li l-provi juru li għalkemm periti li xehdu qalu li fuq il-post kellu jintrama saqaf falz waqt it-twaqqiegħ, allegatament l-akkużat ma mexiex kif suppost.

L-akkużat instab ħati li b’nuqqas ta’ ħsieb u traskuraġni kkaġuna ġrieħi gravi lil wieħed mill-ħaddiema li kienu fuq il-post. Meta ġie biex jagħti l-piena, il-Maġistrat Azzopardi qal li huwa kkunsidra li dan kien inċident serju li ħalla ħaddiem li kien qed jaħdem biex jaqla’ l-għixien tiegħu ferut fuq il-post tax-xogħol.

Kien għalhekk li l-akkużat ġiet kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, flimkien ma’ multa ta’ €5,000

Ekonomija

Sport