Ma ġie rraporta l-ebda inċident tat-traffiku kbir matul iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena li kienu qegħdin isiru madwar il-pajjiż kollu.
Kien il-Ministru Chris Bonett li permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali kiteb li “M’hemmx mod aħjar kif tibda s-sena l-ġdida u tisma’ li matul il-lejl li għadda ma ġie rraportat l-ebda inċident kbir tat-traffiku.”
Il-Ministru sellem u rringrazzja lill-uffiċjali ta’ Transport Malta tal-ispezzjonijiet li wettqu matul il-lejl li għadda.


