Fl-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa rriżulta li għat-tielet jum ma kien hemm l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna.
Fl-aħħar sigħat saru 923 swab tests li kollha rriżultaw fin-negattiv. Fuq nota pożittiva, kien hemm sitt persuni li fiequ u b’hekk il-każi attivi niżlu għal 32 każ.