Għar-raba’ jum konsekuttiv ma kienu rapportati l-ebda każi ġodda ta’ persni infettati bil-Covid-19. Dan hekk matul l-aħħar 24 siegħa saru 456 swab test, biex it-total kumplessiv issa tela’ għal 107622.
Intant in-numru ta’ każi attivi wkoll baqa’ l-istess, hekk kif l-ebda persuna ma kienet reġistrata li fieqet mill-virus.
Mill-bidu tal-pandemija b’kollox kien hemm 674 każ ta’ persuni li kienu infettati bil-coronavirus, b’660 persuna jirkupraw, u disa’ persuni jmutu kaġun tal-Covid-19.