Saturday, December 21, 2024

L-ebda kliem ma jista’ jfarraġ lil omm u missier Kacey

Aqra wkoll

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Kacey li mietet fl-inċident tat-traffiku nhar il-Ħadd li għadda, Dun Joe Mamo qara l-messaġġ li missier il-vittma kiteb aktar kmieni din il-ġimgħa fuq il-midja soċjali.

“Il-Fjura tagħna
Int kont fjura bl-isem Kacey
Int kont fjura sabiħa kemm minn ġewwa u wisq minn barra
Int kont fjura li kont taf tħobb
Int kont fjura ta’ rispett
Int kont fjura dejjem bil-warda fuq wiċċek
Int kont fjura b‘dak il-wiċċ wisq sabiħ
Issa fjura tagħna li mort ma’ fjuri oħra sbieħ mal-Mulej
Jien missierek, ommok, ħuk , in-nanna u dawk kollha
Se nibqgħu inħobbuk sakemm nerġgħu niltaqgħu.”

Ebda kelma ma tista’ tfarraġ lil ġenituri tagħha li hekk kif kien qed jinqara dan il-messaġġ, infaqgħu jibku… bir-raġun bit-telfa ta’ binthom.

Waqt il-funeral sar appell biex kulħadd jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares.

Ekonomija

Sport