Thursday, December 26, 2024

L-ebda kontestazzjoni għan-nominazzjonijiet mitfugħin għall-karigi ġodda fil-PL

Aqra wkoll

Daniel Micallef mistenni li jkun id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet li jmiss tal-Partit Laburista, b’Ramona Attard bħala l-President il-ġdid tal-Partit wara li sejħa għan-nominazzjonijiet għalqet illum mingħajr aktar sottomissjonijiet.

Micallef li attwalment huwa l-President tal-PL se jkun qed jimla r-rwol li ġie vakat minn Chris Cardona.

Il-PL il-ġimgħa li għaddiet approva emenda fl-istatut tiegħu li issa jisħaq li d-deputat mexxej ġdid għall-affarijiet tal-partit m’għandux jokkupa r-rwol ta’ Membru Parlamentari.

Ma kienx hemm ukoll aktar sottomissjonijiet ta’ nominazzjonijiet għall-kariga ta’ viċi president, segretarju organizzativ u segretarju internazzjonali, bil-karigi rispettivi mistennijin jimtlew minn Louis Gatt, William Lewis u Marc Vella Bonnici.

Ekonomija

Sport