Bayern Munich m’għamlux kuntatt ma’ Liverpool, fost l-interess tat-team Ġermaniż fil-winger Sadio Mane.
Il-futur tal-attakkant attwali ta’ Bayern Robert Lewandowski għadu mhux solvut, bl-internazzjonali Pollakk maħsub li mhux sodisfatt bil-kuntratt il-ġdid li ġie offrut mill-ġganti tal-Bundesliga.
Mane tejjeb l-ammont ta’ goals tiegħu mill-istaġun li għadda, wara li skorja 21 goal fil-kompetizzjonijiet kollha matul dan l-istaġun, iżda fadallu biss sena fil-kuntratt attwali tiegħu f’Anfield.
Jingħad li Jurgen Klopp kellu taħditiet mal-player ta’ 30 sena dwar il-futur tiegħu mar-Reds, u huwa mifhum li Liverpool ma rċevew l-ebda kuntatt mingħand Bayern dwar id-disponibbiltà ta’ Mane.
Bayern huma rrappurtati li se jgħollu l-offerta għal Mane billi jbiegħu lil Serge Gnabry jew Leroy Sane dan is-sajf, b’Arsenal u Tottenham Hotspur marbuta ma’ trasferiment għal tal-ewwel.
Mane wasal f’Merseyside mingħand Southampton fl-2016, u kompla biex skorja 118-il goal u pprovda 47 assist f’265 dehra għall-club tiegħu.