Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 93 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 98 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,389.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 723 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma kienx hemm rapporti ta’ mwiet relatat mal-virus.