Friday, December 13, 2024

“L-ebda parti mil-liġi m’għandha tipprekludi lill-professjonisti tagħna milli jkomplu jsalvaw il-ħajjiet”

Id-DPM jassigura li l-istat mhux se jieħu azzjoni kontra l-professjonisti li jaqdu dmirijiethom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ċċara li l-mara Amerikana ma kellhiex korriment, iżda problemi waqt it-tqala.

Fearne spjega li l-liġi Maltija għandha tkun tali li tgħin lit-tobba biex jagħmlu xogħolhom. Huwa saħaq li m’għandux ikun hemm xi parti mil-liġi Maltija li tipprekludi lit-tobba jew tfixkel il-professjonisti milli jsalvaw il-ħajja.

Qal ukoll li hu talab lill-istaff tekniku biex jevalwaw il-liġi Maltija u jaraw jekk hemm partijiet fil-liġi li jipprekludu f’kwalunkwe istanza li t-tobba jagħtu l-kura li hemm bżonn.

Rigward dan il-każ, Fearne qal li dan mhux każ iżolat u li għandu l-assigurazzjoni mingħand l-avukat tal-istat li l-istat qatt ma jieħu xi forma ta’ azzjoni kontra l-professjonisti li jkunu qegħdin jaqdu dmirhom.

Ekonomija

Sport