Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 18-il każ ġdid u rkupraw 13-il persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 285.
Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm seba’ persuni u li minnhom ma’ hemm l-ebda persuna li tinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.
It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 844,723 doża tal-vaċċin li minnhom 27,409 huma booster dose.