Wednesday, March 11, 2026

L-edukazzjoni u l-aspirazzjonijiet futuri għal karrieri, fost it-temi diskussi mill-Prim Ministru u l-istudenti fl-iskola De La Salle

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu żar l-iskola De La Salle Senior School, fejn iltaqa’ ma’ studenti u edukaturi f’attività li ffukat fuq l-edukazzjoni u l-aspirazzjonijiet għal karrieri tagħhom.

Processed with VSCO with g6 preset

Il-Prim Ministru Abela intlaqa’ mill-Kap tad-De La Salle Senior School is-Sur Norbert Zahra u pparteċipa f’diskussjoni mal-istudenti, bil-parteċipazzjoni ta’ uħud mill-ġenituri tal-istess studenti. Permezz tad-diskussjoni dawk preżenti kellhom iċ-ċans isiru jafu aħjar lill-Prim Ministru, jistaqsuh fuq l-esperjenzi personali tiegħu. Suġġetti oħra li qamu matul din id-diskussjoni missew mal-ispirazzjoni, il-karrieri, u l-importanza tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Fid-diskussjonijiet mal-istudenti, il-Prim Ministru semma l-importanza tal-edukazzjoni u appella lill-istudenti biex ikomplu jsegwu l-ambizzjonijiet tagħhom b’dedikazzjoni.

Prime Minister Robert Abela visits De La Salle Careers Day

Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ il-vjaġġ lejn edukazzjoni diġitali għal kulħadd permezz ta’ diversi miżuri li jippromwovu l-aċċess, l-innovazzjoni u t-tagħlim modern. Fosthom hemm l-għotja ta’ €500 lill-familji li għandhom studenti fl-10 u l-11 Sena biex jinxtraw għodod diġitali għat-tagħlim modern. Minn din il-miżura qed igawdu mas-7,500 ġenitur u wliedhom. Fl-istess ħin, il-Gvern qed jagħti madwar 20,000 apparat diġitali lill-istudenti tar-4, is-7, it-8 u d-9 Sena. Dawn il-miżuri u oħrajn huma allinjat mal-Viżjoni Malta 2050, li tħares lejn edukazzjoni moderna, inklużiva u innovattiva, biex tħejji ż-żgħażagħ għal karrieri ta’ kwalità u futur kompetittiv.

Il-Prim Ministru żar ukoll il-Careers Fair li qed issir fil-Gym tal-iskola, bil-parteċipazzjoni ta’ 210 parteċipant u 79 kumpanija. Din il-fiera qed tipprovdi opportunità importanti lill-istudenti biex jiltaqgħu ma’ professjonisti minn diversi setturi u jesploraw opportunitajiet differenti għall-futur tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport