Tuesday, April 29, 2025

L-EFFETT TAT-TEKNOLOĠIЈA FUQ IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ TAL-ĦADDIEMA

Aqra wkoll

L-intelliġenza artifiċjali u l-għodod diġitali, bl-avvanzi rapidi tagħhom, qegħdin ibiddlu profondament wiċċ id-dinja tax-xogħol. Din it-taqliba tista’ tgħid qed tkompli ġġib magħha rivoluzzjoni kbira għax anki qed timmudella mill-ġdid l-industriji, l-impjiegi u anki ħiliet meħtieġa biex tiffjorixxi.

Qed tinfluwenza mhux inqas anke fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol.
Għalkemm ir-robots u sistemi ta’ awtomazzjoni li jaħdmu bl-intelliġenza artifiċjali qed jieħdu xogħol il-bniedem qed jieħdu f’idejhom ukoll xogħolijiet perikolużi f’ambjenti perikolużi.

Ħadd ma jkista jiċħad li dan il-fatt qed inaqqas l-espożizzjoni tal-bniedem għal sitwazzjonijiet perikolużi bħal fil-kostruzzjoni u l-manifattura.
Għalhekk, il-postijiet tax-xogħol qed isiru iktar siguri, iktar effiċjenti u iktar konformi mal-evuluzzjoni tal-istandards tas-saħħa  u s-sigurta.


Il-kampanja li nediet in-Nazzjonijiet Uniti fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol titfa’ dawl fuq kif dawn it-teknoloġiji ġodda qed jaffettwaw din it-trasformazzjoni diġitali tax-xogħol li għaddejjin minnha illum u anki fil-ġejjieni.


Kull ħaddiem għandu d-dritt illi jaħdem f’ambjent fejn is-saħħa fiżika u mentali tiegħu ma jkunux fil-periklu. Għalhekk huwa fl-interess ta’ min iħaddem illi jassigura li joffri ambjent kemm jista’ jkun ħieles minn kwalunkwe periklu.


Dan għaliex meta l-impjegati jħossuhom siguri fuq il-post tax-xogħol tagħhom, ikunu jistgħu jiffokaw aħjar fuq dak li jkunu qegħdin jagħmlu bla ma jinkwetaw dwar perikli jew riskji li jeżistu madwarhom. 


Il-Gvern jinsab impenjat li jkompli jgħolli u jtejjeb l-istandards fis-settur tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Xhieda ta’ dan hija l-liġi l-ġdida tal-OHSA li qiegħda tibni fuq it-tajjeb li sar f’dawn l-aħħar 20 sena filwaqt li tindirizza r-realtajiet ġodda li qiegħed jaffaċċja pajjiżna.


Barra minn hekk, nsemmu wkoll sett ta’ għodod leġiżlattivi ġodda li fost l-oħrajn jitrattaw regolamenti dwar il-kostruzzjoni u l-introduzzjoni ta’ reġistru ta’ persuni kompetenti bi standards ċari dwar ir-riskji u korrimenti. 


Għalhekk, filwaqt li nirrikonoxxu l-ħidma li qed iwettaq il-Gvern f’dan il-qasam, nemmnu li huwa importanti li jkompli jissaħħaħ l-għarfien dwar l-improtanza tas-saħħa u s-sigurtà fil-postijiet kollha tax-xogħol sabiex tikber il-kultura favur dan il-qasam kemm min-naħa ta’ min iħaddem kif ukoll tal-impjegati. 
 
 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport