Sunday, December 22, 2024

L-ekonomija Għawdxija kibret bi 13.4% matul l-2022

Aqra wkoll

L-ekonomija Għawdxija kibret bi 13.4% matul l-2022. Dan ifisser li għat-tieni konsekuttiva t-tkabbir ekonomiku għal Għawdex qabeż l-10 fil-mija minkejja sfidi kbar internazzjonali.

Statistika uffiċjali turi li fl-2022 l-ekonomija Għawdxija kellha valur miżjud ta’ €713-il miljun. Dawn il-figuri ntlaħqu minkejja biża’ li l-pandemija tal-Covid-19 kien se jkollha effetti koroh fuq l-ekonomija.

Dan iffisser li l-ekonomija Għawdxija kienet 16% ogħla mid-daqs tagħha ta’ qabel il-pandemija. Permezz ta’ dan it-tkabbar kien hemm żieda ta’ aktar minn 1,900 impjieg f’Għawdex. 

Filwaqt li t-tkabbar ekonomija wassal biex jinħolqu aktar impjiegi, l-ammont ta’ valur miżjud prodott minn kull ħaddiem żdied ukoll, li jfisser xogħol b’livell ogħla ta’ produttività.  

Il-biċċa l-kbira tal-espansjoni ekonomika kienet xprunata mill-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-akkomodazzjoni u s-settur tar-ristoranti.  

Kien hemm tħassib kbir waqt il-pandemija hekk kif ir-rata tal-produzzjoni f’diversi setturi kienet qiegħda tonqos. Iżda issa għandha sitwazzjoni li mhux biss irkupra, iżda t-tkabbar qabeż sew dak li kien qabel il-pandemija.

 Is-settur tal-manifattura kompla jikber ukoll u ġġenera aktar minn 10% taż-żeida fl-attività ekonomika. Tant kemm dan is-settur kiber li l-valur miżjud gross fl-2022 kien qrib iż-żewġ terzi ogħla minn dak li kien fl-2018. Din hija d-doppju tar-rata ta’ tkabbir osservata f’dan is-settur f’Malta.  

L-istess statistika turi wkoll li l-biċċa l-kbira tat-tkabbir ekonomiku fil-gżira Għawdex kien ġej mis-settur tal-kostruzzjoni. 

Intant is-servizzi professjonali issa għandhom produzzjoni ta’ €80 miljun, meta erba’ snin biss qabel din kienet eqreb lejn il-€50 miljun. Bl-istess mod il-gaming kważi rdoppja għal €17-il miljun. Is-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni wkoll espanda bi kważi 10% għal kważi €25 miljun.  

Ekonomija

Sport