Friday, November 22, 2024

L-ekonomija Maltija kibret bi 3.9% fit-tieni kwart tas-sena

Aqra wkoll

L-andament ekonomiku baqa’ wieħed pożittiv tant li bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, il-ġid nazzjonali kiber bi 3.9%, minkejja l-isfidi li għadhom għaddejjin b’mod partikolari l-inflazzjoni.

Stimi proviżorji maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li l-Prodott Domestiku Gross (PDG) għat-tieni kwart tal-2023 kien jammonta għal €4.7 biljun, li jfisser żieda ta’ €416.9 miljun jew 9.7% meta mqabbel mal-istess kwart tal-2022.

Il-fattur pożittiv tal-ekonomija ntwera wkoll b’żieda fil-valur miżjud gross (GVA) ta’ 5.2% f’termini ta’ volum, u dan meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

L-attivitajiet fis-settur tas-servizzi u l-industrija kienu primarjament iż-żewġ setturi li kkontribwixxew għal din iż-żieda. F’dak li għandu x’jaqsam is-settur tas-servizzi, iż-żieda kienet xprunata minn dawn l-oqsma: l-attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn segwiti mis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni kif ukoll mill-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel.

Sport