Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: L-ekonomija Maltija mistennija tesperjenza l-inqas tnaqqis fiż-Żona Ewro u r-raba’ l-inqas tnaqqis fl-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Skont it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu tas-sajf, Malta mistennija tesperjenza l-inqas tnaqqis matul l-2020 fiż-Żona Ewro u r-raba’ l-inqas tnaqqis minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. 

Barra hekk, fir-rapport tal-Kummissjoni jiġi indikat li pajjiżna mistenni jkollu waħda mill-aqwa rati ta’ kif tirpilja l-ekonomija matul is-sena li ġejja. Jingħad biċ-ċar fir-rapport li dan kollu hu possibbli grazzi għall-appoġġ li qed jingħata mill-Gvern biex ikun jista’ jsir dan l-irkupru finanzjarju. 

Il-Kummissjoni Ewropea tfaħħar ir-rispons ekonomiku tal-Gvern Malti

Fi stqarrija, il-Gvern qal li fit-tbassir eknomiku Ewropew tas-Sajf 2020, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda terġa’ tbassar li minkejja d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq it-turiżmu u l-kummerċ internazzjonali, pajjiżna mistenni jkollu l-inqas daqqa ekonomika relattiva mill-COVID-19 minn fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro.

Isemmi li fl-analiżi tagħhom l-esperti Ewropej isostnu li “numerous financial aid packages from the government… should help to cushion the economic impact”. Tant li huma nnotaw li “recent economic indicators, in particular in the construction and manufacturing sectors, suggest a modest recovery”. 

Filwaqt li diversi kienu esprimew nuqqas ta’ qbil mad-deċiżjonijiet tal-Gvern fuq rilaxx ta’ miżuri restrittivi, ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota li “the easing in general restrictions is expected to relaunch domestic demand, pushing GDP annual growth to 61/4% in 2021”.

Din ir-rata qawwija se xxejjen għalkollox l-impatt tad-daqqa ekonomika tal-2020. Skont l-esperti Ewropej ir-raġuni ewlenija wara dan it-titjib se jkun l-investiment “supported by the recovery packages announced by the authorities”.

B’dawn il-kummenti l-Kummisjoni Ewropea qiegħda tindika qbil qawwi mal-politika ekonomika tal-Gvern, speċjalment l-orjentament meħud permezz tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Dan mhuwiex l-ewwel vot ta’ fiduċja f’dawn il-miżuri. Fil-fatt fid-19 ta’ Ġunju l-International Social Security Association, l-għaqda tal-Ġnus Magħquda li tiġbor l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali madwar id-dinja, kienet ħarġet stqarrija fejn sostniet li “the measures taken in Malta have made a key contribution to protecting the population against the social and economic impacts of the crisis… have served as a safety net for 100,000 employees who received short-term support and whose jobs could be safeguarded…the Maltese public service was instrumental in responding in these very testing times and rose to the challenge.”

Fl-istess ħin din il-ġimgħa diversi ġurnali Ingliżi żvelaw li l-Chancellor of the Exchequer Ingliż qiegħed jiġi mħeġġeġ biex jadotta miżuri meħuda mill-Gvern Malti, fosthom l-għoti ta’ vouchers lill-familji u tnaqqis fil-boll tal-propjetà.

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jaħdem biex pajjiżna jkompli jkun mudell fejn tidħol politika ekonomika u soċjali. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkomplu jidħlu fis-seħħ il-miżuri tal-pjan “Għada Aħjar”, b’aktar sostenn mogħti lin-negozji u lill-familji.

Ekonomija

Sport