Sunday, December 22, 2024

L-ekonomija tal-Unjoni Ewropea tikber b’0.5% fit-tieni kwart tas-sena

Aqra wkoll

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea kibret b’0.5% meta mqabbla fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Fl-istess perjodu l-ekonomija fil-pajjiżi membri taż-Żona Ewro kellha tkabbir ta’ 0.6% meta mqabbla fuq l-istess xhur tas-sena li għaddiet. Dan ħareġ minn stastika li ġiet ippubblikata mill-Eurostat li hu l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea.

L-istastika tagħti figuri wkoll dwar l-impjiegi fil-pajjiżi membri taż-Żona Ewro fejn ħareġ li fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 1.5% fl-impjiegi meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.

L-Irlanda kien l-aktar pajjiż li ra tkabbir ekonomiku fit-tieni kwart ta’ din is-sena meta kien hemm tkabbri ta’ 2.8% fuq l-istess perjodu fl-2022.

Fir-rapport ippubblikat mill-Eurostat, il-figuri ta’ Malta għat-tieni kwart ta’ din is-sena ma ġewx ippubblikati, iżda fl-ewwel perjodu ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija kibret bi 3.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Malta kellha t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku wara dak ta’ Spanja meta dan il-pajjiż ra tkabbir ta’ 4.2%.

Ekonomija

Sport