Saturday, November 23, 2024

L-ekonomija tikber b’€59m fl-ewwel tliet xhur

Aqra wkoll

L-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena raw l-ekonomija tal-pajjiż tikber b’€59 miljun fuq l-istess tliet xhur tas-sena preċedenti.

Dan joħroġ minn ċifri ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għall-ewwel kwart tas-sena fejn jirriżulta li l-Prodott Gross Domestiku laħaq it-€3.1 biljun.

L-NSO sab ukoll li sal-aħħar ta’ April li għadda l-Fond Konsolidat tal-Gvern kellu defiċit ta’ €607.1 miljun.

Bejn Jannar u April id-dħul rikorrenti naqas b’€220 miljun biex kien ta’ €1,167.6 miljun, 15.9% inqas mill-aħħar ta’ April 2019.

Sal-aħħar ta’ April in-nefqa rikorrenti laħqet l-€1,491.2 miljun, €170.1 miljun fuq l-aħħar ta’ April 2019.

L-ispiża kapitali tal-Gvern laħqet il-€221.8 miljun, żieda ta’ €77.4 miljun fuq l-aħħar tal-istess xahar fl-2019.

L-NSO sab ukoll li d-dejn tal-Gvern sal-aħħar ta’ April kien ta’ €5,936.4 miljun, żieda ta’ €433.4 miljun fuq April 2019.

Sport