Saturday, December 14, 2024

L-eks champion Olimpiku Kenja David Rudisha nvolut fi kraxx ta’ ajruplan

Aqra wkoll

L-eks champion Olimpiku tat-800m, David Rudisha, ħelisha minn ħalq il-mewt wara li ajruplan li kien qed itir fih ikkraxxja.

L-ajruplan – li kien qed iġorr lil Rudisha ta’ 33 sena, u ħamsa oħra – ikkraxxja f’Kajiado liema belt tinsab fix-xlokk tal-Kenja. 

Rudisha qal li kien ‘episodju tal-biżgħa’ hekk kif wara inqas minn 10 minuti fl-arja l-magna tal-ajruplan f’daqqa waħda waqfet taħdem.

Huwa qal: “Il-bdot ra xi spazju fejn ipprova jniżżel l-ajruplan, iżda waħda mill-ġwienaħ tiegħu laqtet ma’ siġra hekk kif l-ajruplan beda jdur qabel niżel f’għalqa. 

“L-abbiltá tal-bdot kienet waħda inkredibbli biex iżomm l-ajruplan fl-ajru  stabbli għal żmien twil.

“Irridu nirringrazzjaw lil Alla li lkoll ħriġna ħajjin u ta’ dan irridu nirringrazzjaw lill-bdot għall-kapaċitajiet tiegħu.”

Ekonomija

Sport