Monday, December 23, 2024

L-eks mexxej tal-Myanmar tingħata sentenza oħra ta’ erba’ snin ħabs

Aqra wkoll

Qorti fil-Myanmar tat sentenza oħra ta’ erba’ snin ħabs lill-eks kap tal-pajjiż Aung San Suu Kyi li kienet ġiet eletta demokratikament. Dan kien wieħed mill-ħafna ġurijiet li Kyi kellha taffaċċja f’dawn l-aħħar xhur u  fih hija nstabet ħatja li kellha fil-pussess tagħha u li impurtat walkie-talkies u li kisret ir-reġoli tal-Covid-19. 

Suu Kyi kienet ġiet arrestata fi Frar li għadda meta dakinhar il-militar tal-pajjiż kien wettaq kolp ta’ stat. Hija qiegħda tiċħad l-akkużi kollha li qed isiru fil-konfront tagħha. B’hekk issa s-sentenza totali ta’ ħabs għal Suu Kyi telgħet għal sitt snin. 

Ix-xahar li għadda Kyi, li hija rebbieħa tal-premju Nobel, kienet instabet ħatja li inċitat in-nies u li kisret ir-regoli tal-Covid-19, f’dak in-Nazzjonijiet Uniti ddeskriviet bħala “ġuri farsa”. L-aġenzija tan-NU li tħares id-drittijiet umani qalet li qiegħed isir minn kollox biex Suu Kyi tibqa’ arrestata għal żmien indefinit. 

Il-militar kien ħa l-poter ġewwa l-Myanmar fi Frar li għadda ftit tax-xhur biss wara li l-partit ta’ Suu Kyi (NLD) kien rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali b’maġġoranza kbira. 

Ekonomija

Sport