Tuesday, November 18, 2025

L-eks PM tal-Bangladesh ħatja ta’ reati kontra l-umanità

… ikkundannata għall-mewt

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru tal-Bangladesh Sheikh Hasina nstabet ħatja ta’ reati kontra l-umanità u kienet ikkundannata għall-mewt.

Il-Qorti f’Dakha żammet lil Hasina responsabbli talli kienet ordnat repressjoni vjolenti fuq protesti mmexxija mill-istudenti s-sena li għaddiet, li matulhom in-Nazzjonijiet Uniti tistma li tilfu ħajjithom 1,400 persuna. 

Dawn il-protesti wasslu biex Hasina tirriżenja mill-kariga u ilha tgħix f’eżilju fl-Indja sa minn dakinhar.

Dan il-verdett se jpoġġi lill-Indja taħt pressjoni biex testradixxi lil Hasina iżda qed ikun irrapportat li aktarx mhux probabbli li se tkun qiegħda tagħmel dan. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport