Sunday, November 10, 2024

L-eks PM tal-Malażja jibda jiskonta 12-il sena ħabs

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru tal-Malażja Najib Razak beda jiskonta sentenza ta’ 12-il sena priġunerija, wara li ġie miċħud l-appell tiegħu quddiem l-ogħla Qorti. 

L-akkużi kontra Razak, li għandu 69 sena, kienu relatati ma’ allegat skandlu ta’ korruzzjoni li jinvolvi l-fond tal-istat.

Huwa kien instab ħati f’Lulju tal-2020 iżda kien ingħata l-ħelsien mill-arrest sakemm jinqata’ l-appell tiegħu. 

Il-Qorti ċaħdet ukoll it-talba ta’ Razak biex tkun differita s-sentenza. Min-naħa tiegħu, huwa baqa’ jiċħad kull aġir ħażin.

Sport