Sunday, December 22, 2024

L-eks President Afgan ħarab mill-pajjiż biex jevita “l-qerda ta’ Kabul”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks President Afgan ddefenda d-deċiżjoni tiegħu li jaħrab mill-pajjiż hekk kif it-Talibani kienu se jaħkmu f’idejhom it-tmexxija tal-pajjiż aktar kmieni din is-sena. Huwa qal li għamel hekk biex jipprevjeni l-qerda ta’ Kabul.

It-Talibani ħadu f’idejhom it-tmexxija tal-pajjiż f’Awwissu li għadda wara li ħadu f’idejhom it-tmexxija tal-Kapitali Kabul.

Ashraf Ghani żvela li meta qam f’nofs Awwissu ma kellux l-iċken idea li dak kellu jkun l-aħħar jum tiegħu fl-Afghanistan. Huwa qal dan waqt programm fuq ir-radju u żied jgħid li skopra x’kien qiegħed jiġri meta sab ruħu fuq l-ajruplan.

Fil-preżent huwa jinsab fl-Emirati Għarab Magħquda u b’reazzjoni għall-kritika ħarxa li rċieva meta abbanduna lil pajjiżu saħaq li “Fil-bidu tal-ġurnata il-ġellieda Talibani kienu qablu li ma jidħlux f’Kabul, iżda l-istorja nqalbet ftit sigħat wara. Żewġ fazzjonijiet Talibani kienu qegħdin jagħlqu fuq il-belt minn żewġ direzzjonijiet u l-possibbilità ta’ kunflitt qawwi seta’ jwassal għall-qerda tal-belt. Riżultat ta’ dan kien ikun konfużjoni u tensjoni kbira fuq in-nies”.

Intant mill-ġdid huwa ċaħad l-allegazzjonijiet li nxterdu rigward xi affarijiet lussużi jew flus li ħa miegħu meta ħarab u qal li min jafu jaf xi stil ta’ ħajja jgħix. Huwa kkonferma li jilqa’ b’sodisfazzjon l-investigazzjoni Internazzjonali li tista’ tgħinu jnaddaf ismu minn dawn l-allegazzjonijiet.

Ekonomija

Sport