Saturday, December 21, 2024

L-eks President tal-Arġentina akkużat b’abbuż fuq l-eks sieħba tiegħu

Aqra wkoll

Il-prosekuturi fl-Arġentina bdew investigazzjoni fuq l-eks President Alberto Fernández, li jinsab akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq l-eks sieħba tiegħu.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-eks “First Lady” Fabiola Yáñez, ta’ 43 sena, akkużat lill-eks mexxej ta’ 65 sena li sawwatha matul ir-relazzjoni tagħhom li kienet intemmet wara li ma baqax fil-kariga fl-2023.

Fix-xhieda mogħtija minn Spanja, hija ddeskriviet kif allegatament sofriet theddid psikoloġiku u aggressjoni fiżika filwaqt li akkużat ukoll lis-Sur Fernández li ġegħelha tagħmel abort.

Min-naħa tiegħu, Fernández qiegħed jiċħad l-akkużi kollha fil-konfront tiegħu. Huwa jinsab ipprojbit milli jħalli l-pajjiż waqt li għaddejja l-investigazzjoni.

L-Erbgħa li għadda, il-prosekutur Ramiro Gonzales talab lill-qorti biex jitressqu akkużi kontra l-eks president.

L-investigazzjoni saret wara li ġew iċċirkolati ritratti li juru lis-Sinjura Yáñez bi black eye u tbenġil ieħor fuq ġisimha, li qanqlu sens ta’ rabja fl-Arġentina. Is-Sur Fernández iddeskriva l-akkużi kontrih bħala “bla bażi.”

Ekonomija

Sport