Sunday, December 22, 2024

L-eks president tal-Bolivja jiskappa attentat fuq ħajtu

Aqra wkoll

L-eks President tal-Bolivja, Evo Morales, nhar il-Ħadd li għadda ħelisha ħafif meta l-karozza li kien qed jivvjaġġa biha spiċċat fil-mira ta’ sparar minn irġiel lebsin l-iswed waqt li kien għaddej minn ħdjen il-kwartieri militari.

Filmat li Morales tella’ fuq il-midja soċjali wera mill-inqas żewġ toqob tal-balal fil-windscreen ta’ karozza fis-sit ta’ quddiem fejn Morales kien bilqiegħda bħala passiġġier.

Fi stqarrija, il-partit Moviment għas-Soċjaliżmu (Mas) ta’ Morales qal li żewġ irġiel bl-iswed kienu sparaw fuq il-vettura tiegħu waqt li kienet għaddejja minn ħdejn kwartieri militari. Il-partit qal li kien qed iżomm lill-gvern tal-President Luis Arce, fazzjoni oħra fi ħdan l-istess Mas, responsabbli għall-attentat fuq ħajjet Evo Morales.

Arce min-naħa tiegħu kkundanna l-vjolenza fil-politika u wiegħed li se ssir investigazzjoni.

Iż-żewġt irġiel kienu jappartjenu għall-partit Mas iżda r-relazzjonijiet tagħhom mal-partit qrasu u ddawru f’rabja saħansitra minn meta iż-żewġ irġiel involuti fl-attentat ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkontestaw bħala l-kandidat tal-partit Mas fl-elezzjoni presidenzjali tal-2025.

Morales allega li l-attakk kien operazzjoni konġunta bejn il-forzi militari u tal-pulizija. Huwa żied jgħid li balla minnhom għaddiet żbrixx minn ħdejh u sussegwentement laqtet u darbet li s-sewwieq tal-karozza. L-attakk seħħ ħdejn il-bażi tad-Disa’ Diviżjoni tal-Armata Bolivjana qrib Villa Tunari, fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Il-fazzjoni favur Morales tal-partit Mas sostniet li l-irġiel, wara l-attakk daħlu fil-kwartieri militari qabel ma ġew evakwati b’ħelikopter militari.

Evo Morales, li kien president mill-2006 sal-2019, qed jiffaċċja kwistjonijiet legali fosthom investigazzjonijiet għal allegat stupru statutorju u traffikar tal-bnedmin, akkużi li huwa jiċħad.

Morales jargumenta li l-akkużi huma parti minn vendetta tal-lemin kontrih mill-president interim li ħa postu fil-kariga wara r-riżenja tiegħu fl-2019 wara allegazzjonijiet ta’ tbagħbis fil-voti fl-elezzjoni.

Għal ġimgħat sħaħ, il-partitarji tiegħu imblukkaw toroq ewlenin madwar il-pajjiż u ħabtu għall-pulizija. Kemm hu kif ukoll Arce għandhom gruppi ta’ partitarji leali lesti li joħorġu fit-toroq – u f’xi każi jidħlu f’ġlied fit-toroq – biex juru l-appoġġ għall-kandidat tagħhom.

Ekonomija

Sport