Friday, December 13, 2024

L-eks raġel ta’ Britney Spears akkużat b’fastidju wara li tfaċċa fit-tieġ tagħha

Aqra wkoll

L-eks raġel tal-kantanta Britney Spears ġie akkużat li taha fastidju wara li tfaċċa għall-għarrieda waqt it-tieġ tagħha ma’ Sam Asghari.

Jason Alexander ta’ 40 sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih li jinkludu wkoll vandaliżmu u li daħal fi proprjetà ta’ ħaddieħor mingħajr permess.

Huwa kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet wara li allegatament baqa’ dieħel fid-dar tagħha bla ma kien mistieden u anke ġibed filmat. 

Alexander kien miżżewweġ lil Britney Speakers għal żmien qasir lura fl-2004. Iżda ż-żwieġ sfaxxa wara inqas minn tlitt ijiem.

Spears, ta’ 40 sena, u s-sieħeb tagħha Asghari li għandu 28 sena, iżżewġu f’ċerimonja li saret f’Kalifornja l-ġimgħa li għaddiet.

Ekonomija

Sport