Tuesday, December 31, 2024

L-eks raġel ta’ Gisèle Pelicot mhux se jappella mis-sentenza ta’ 20 sena ħabs

Aqra wkoll

Dominique Pelicot, ir-raġel ta’ 72 sena li ddroga u stupra lill-eks martu Gisèle u ħeġġeġ għexieren ta’ rġiel biex jistuprawha fuq perjodu ta’ għaxar snin, mhux se jappella kontra s-sentenza tiegħu ta’ 20 sena ħabs. Madankollu, 17 mid-49 raġel li nstabu ħatja li stupraw jew attakkaw sesswalment lis-Sinjura Pelicot qalu li se jappellaw mis-sentenzi mogħtija lilhom. 

Is-Sinjura Béatrice Zavarro, li assistiet lil Dominique, qalet lill-midja Franċiża li Dominique Pelicot – li ammetta l-ħtija tiegħu – iddeċieda li ma jappellax peress li ma riedx jikkawża “kalvarju ġdid” lis-Sinjura Pelicot, li attendiet għall-parti l-kbira tas-seduti waqt il-ġuri li dam għaddej 15-il ġimgħa.

“Huwa ħass li din id-deċiżjoni kienet konformi mal-pożizzjoni li dejjem ħa fil-ġuri, jiġifieri li s-Sinjura Pelicot ma kinitx u qatt ma kienet l-avversarja tiegħu,” qalet Zavarro, filwaqt li żiedet li Dominique Pelicot ried li dan il-każ jintemm. Huwa iżda xorta se jkollu jkun preżenti fil-Qorti bħala xhud waqt is-smigħ tal-appelli fil-każi l-oħra.

Għalkemm is-Sinjura Pelicot m’għandha l-ebda obbligu li tattendi għal dawn il-proċeduri, l-Avukat tagħha Stéphane Babonneau qal lill-midja Franċiża li hi se “tiffaċċja lil dawk li appellaw mis-sentenzi. Hija ma tibżax, għalkemm ovvjament kienet tippreferi li din tieqaf hawn.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport