Friday, December 20, 2024

L-eks re ta’ Spanja lura f’pajjiżu wara sentejn eżiljat

Aqra wkoll

L-eks re ta’ Spanja Juan Carlos, ser jirritorna lura f’pajjiżu wara kważi sentejn eżiljat fl-Emirati Għarab Magħquda. 

Huwa kien telaq minn Spanja wara li kien involut f’inkjesta b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Dawn l-investigazzjonijiet kontrih twaqqgħu f’Marzu li għadda, għalhekk huwa seta’ jirritorna lura fi Spanja. 

Carlos kien mistenni jasal lura fi Spanja fl-aħħar sigħat u fost il-pjanijiet tiegħu kellu jagħti prijorità lill-familja tiegħu f’Sanxenxo. Barra minn hekk rapporti oħra spekulaw li fl-ewwel sigħat mill-wasla tiegħu kien se jżur ukoll lil ibnu Re Felipe VI f’Madrid. 

Ekonomija

Sport