L-Ekwadorjani vvutaw kontra li jitħallew jerġgħu jiġu stabbiliti bażijiet militari fil-pajjiż, u b’hekk iddiżappuntaw it-tamiet tal-Istati Uniti biex din tespandi l-preżenza tagħha f’dan ir-reġjun tal-Paċifiku tal-Lvant.
Ir-riżultat tar-referendum kien ifisser daqqa ta’ ħarta għall-President tal-Ekwador, Daniel Noboa, li mexxa kampanja biex ibiddel il-kostituzzjoni u jreġġa’ lura l-probizzjoni li l-leġiżlatura tal-pajjiż kienet adottat fl-2008.
Huwa kien qal li dan se jgħin fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u fit-tnaqqis tal-vjolenza li żdiedet sew f’dawn l-aħħar snin, “fejn il-pajjiż sar wieħed mill-aktar hotspots tad-dinja għat-traffikar tad-droga.”
L-Istati Uniti kienu qed jittamaw li r-referendum se jkun qed iwassal biex tinfetaħ bażi militari fl-Ekwador, 16-il sena wara li kellhom jagħlqu sit fuq il-kosta tal-Paċifiku.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Naboa qal li se jkun qed jirrispetta r-riżultat tar-referendum.

