L-Ekwador mistennija jitkeċċew mit-Tazza tad-Dinja 2022 wara li għamlu użu minn player ineliġibbli.
L-FA Ekwadorjana hija akkużata li ffalisifikat dokumenti tad-difensur Byron Castillo biex ikun jista’ jilgħab għal pajjiżhom. Infatti nstab li Castillo huwa fuq kollox Kolumbjan li twieled fil-belt ta’ Tumaco, fl-1995 … u mhux fil-belt ta’ Villamil Playas fl-1998.
Kienu ċ-Ċilí li għamlu rapport lill-FIFA biex tinvestiga dan il-każ u fil-fatt instab li ċ-ċertifikat tat-twelid u l-passaport ta’ Castillo huma foloz.
Kien hemm rapport li l-Italja kellha d-dritt li tidħol tilgħab minflok l-Ekwador fil-fażi finali iżda issa se jkunu ċ-Ċilí li se jingħataw kwalifikazzjoni diretta għall-fatt li l-Ekwador ingħataw telfa kull darba li kellhom lil Castillo fit-team.
B’hekk huma ċ-Ċilí li jtemmu fir-raba’ post tal-CONMEBOL bil-Perú se jilagħbu play-off kontra l-Awstralja biex ikun magħruf l-aħħar team li jikkwalifika għall-fażi finali ta’ Novembru li ġej.