Saturday, December 21, 2024

L-elezzjonijiet fir-Renju Unit… mistennija rebħa kbira Laburista

Aqra wkoll

Miljuni ta’ votanti fir-Renju Unit qed jiġu msejjħa sabiex jixħtu l-vot tagħhom fl-elezzjoni ġenerali li qed issir qabel żmienha. Sa minn xhur ilu, l-previżjonijiet kienu li l-Partit Laburista se jirbaħ bil-kbir dawn l-elezzjonijiet. Diversi stħarriġ tal-opinjoni pubblika konsistentement urew vantaġġ qawwi Laburista fuq il-partit konservattiv.

Fl-elezzjonijiet, il-postijiet tal-votazzjoni, stabbiliti f’bini bħal skejjel lokali u swali tal-komunità, jinsabu miftuħa bejn is-7.00 a.m u l-10.00 p.m. Madwar 46 miljun votant huma eliġibbli biex jeleġġu 650 membru tal-Parlament fil-House of Commons.

Ir-riżultati għal kull żona, jew kostitwenza, huma mistennija li jiġu ddikjarati matul il-lejl sa għada .

Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna mal-ħin …

Ekonomija

Sport